Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 - UASI vs López Teruel

(Kawża T-284/07 P)1

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ammissibbiltà - Invalidità - Talba għall-konvokazzjoni ta' kummissjoni ta' invalidità - Kompetenza limitata tal-AIPN")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI) (rappreżentanti: I. de Medrano Caballero u E. Maurage, aġenti)

Il-parti l-oħra fil-kawża: Adelaida López Teruel (Guadalajara, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment L. Levi u C. Ronzi, imbagħad L. Levi, avukati)

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-22 ta' Mejju 2007, López Teruel vs UASI (F-97/06 li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u li għandu bħala għan l-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI) huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 211, 8.9.2007.