Language of document : ECLI:EU:T:2008:489





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Novembru 2008 – ecoblue vs UASI – Banco Bilbao Vizcaya Argentaria (Ecoblue)

(Kawża T-281/07)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Ecoblue – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BLUE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni − Xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara punti 24, 25, 37)

Suġġett

Appell mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ April 2007 (Każ R 844/2006-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA u ecoblue AG.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

ecoblue AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali Ecoblue għas-servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 38 – Applikazzjoni Nru 2871598

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA

Trade marks jew sinjali invokati insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade marks verbali BLUE (trade mark Komunitarja Nru 1345974), BLUE JOVEN (trade mark Komunitarja Nru 2065100), BLUE BBVA (trade mark Komunitarja Nru 2065621), TARJETA BLUE BBVA (trade mark Komunitarja Nru 2277291), QNTAME BLUE (trade mark Komunitarja Nru 2391878), HIPOTECA BLUE (trade mark Komunitarja Nru 2392181), HIPOTECA BLUE JOVEN (trade mark Komunitarja Nru 2794998) u MOTOR BLUE JOVEN (trade mark Komunitarja Nru 3060878) għall-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 9, 36 u 38

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa u reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

ecoblue AG hija kkundannata għall-ispejjeż