Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 -Dubus et vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2006 - Abbiltà li taħdem bit-tielet lingwa)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Charles Dubus (Kraainem, il-Belġju) u Jean Leveque (Wattignies-la-Victoire, Franza) (rappreżentanti: É. Boigelot, avukat, sussegwentement minn É. Boigelot u L. Defalque, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Beradis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Parti intervenjenti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Sucle u M. Simm, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li biha ma jiġux promossi r-rikorrenti, minħabba li naqsu li juru l-abbiltà tagħhom li jaħdmu bit-tielet lingwa, fil-proċedura ta' promozzjoni 2006 - Talba għal kumpens tad-danni.
Dispożittiv
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li l-isem ta' C. Dubus ma jiġix inkluż fil-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad C*3 fil-proċedura ta' promozzjoni 2006, u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li l-isem ta' J. Leveque ma jiġix inkluż fil-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad B*8 fl-istess proċedura ta' promozzjoni huma annullati.
Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huma miċħuda.
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u tar-rikorrenti.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
____________1 - ĠU C 199, 25.08.2007, p. 54.