Language of document : ECLI:EU:T:2013:92





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 — Laboratoire Bioderma vs UASI – Cabinet Continental (BIODERMA)

(Kawża T‑427/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali BIODERMA — Assenza ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża — Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75) (ara l-punt 17)

2.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet assoluti ta’ invalidità — Reġistrazzjoni bi ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 — Trade mark verbali BIODERMA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (c), u 52(1)(a)) (ara l-punti 38-40, 42-55, 62-64)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Frar 2011 (Każ R 861/2009‑1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Cabinet Continental u Laboratoire Bioderma.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Frar 2011 (Każ R 861/2009‑1) hija annullata, sa fejn din tikkonċerna s-sustanzi tad-dieta għal użu mediku li jaqgħu fil-klassi 5.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Laboratoire Bioderma għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-UASI u ta’ Cabinet Continental.

4)

L-UASI u Cabinet Continental għandhom ibatu nofs l-ispejjeż tagħhom.