Language of document : ECLI:EU:T:2011:138

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

4 ta’ April 2011

Kawża T-239/09 P

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Rifjut ta’ istituzzjoni li tiftaħ investigazzjoni — Proċedura prekontenzjuża — Rikors għad-danni — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

Suġġett: Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Marzu 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-146/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Deċiżjoni: L-appell huwa miċħud. Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

Sommarju

1.      Appell — Aggravji — Motivazzjoni insuffiċjenti — Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni

(Artikolu 225 A KE)

2.      Uffiċjali — Rikors — Suġġett — Ordni lill-amministrazzjoni — Inammissibbiltà

(Artikolu 233 KE; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91)

3.      Uffiċjali — Rikors — Rikors għad-danni — Oriġini — Rabta ta’ impjieg — Bażi legali

(Artikolu 236 KE; Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

4.      Uffiċjali — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Kundizzjonijiet kumulattivi

5.      Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Inammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 138(1)(ċ))

1.      L-obbligu ta’ motivazzjoni impost fuq it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jiġi kkunsidrat bħala sodisfatt meta d-digriet appellat juri r-raġunament li sar, b’mod li l-Qorti Ġenerali tkun tista’ teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha.

(ara l-punt 24)

Referenza: Il-Qorti tal-Ġustizzja 7 ta’ Jannar 2004, Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni, C‑204/00 P, C‑205/00 P, C‑211/00 P, C‑213/00 P, C‑217/00 P u C‑219/00 P, Ġabra p. I‑123, punt 372; Il-Qorti tal-Ġustizzja 8 ta’ Frar 2007, Groupe Danone vs Il-Kummissjoni, C‑3/06 P, Ġabra p. I‑1331, punt 46; Il-Qorti tal-Ġustizzja 4 ta’ Ottubru 2007, Naipes Heraclio Fournier vs UASI, C‑311/05 P, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punti 51 u 52

2.      Ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Unjoni li tindirizza ordnijiet lill-amministrazzjoni fil-kuntest tal-istħarriġ tal-legalità skont l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal. Fil-fatt, fil-każ ta’ annullament ta’ att, l-istituzzjoni kkonċernata hija obbligata, skont l-Artikolu 233 KE, li tieħu l-miżuri li jwasslu għall-eżekuzzjoni tas-sentenza.

(ara l-punt 31)

Referenza: Il-Qorti tal-Prim’Istanza 19 ta’ Novembru 2009, Michail vs Il‑Kummissjoni, T‑49/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 73, u l-ġurisprudenza ċċitata

3.      Kawża bejn uffiċjal u l-istituzzjoni li magħha jaħdem jew kien jaħdem, dwar kumpens għal dannu, taqa’ taħt, meta toriġina mir-relazzjoni tax-xogħol bejn il-persuna kkonċernata u l-istituzzjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 236 KE u tal-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal u ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 235 KE u 288 KE.

(ara l-punt 32)

Referenza: Il-Qorti tal-Ġustizzja 7 ta’ Ottubru 1987, Schina vs Il-Kummissjoni, 401/85, Ġabra p. 3911, punt 9


4.      Fil-kuntest ta’ talba għad-danni magħmula minn uffiċjal, l-involviment tar-responsabbiltà tal-istituzzjoni jippreżumi li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha dwar l-illegalità tal-aġir li bih hija qiegħda tiġi kritikata, il-fatt tal-ħsara allegata u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir u d-dannu invokat. It-tliet kundizzjonijiet ta’ involviment ta’ responsabbiltà huma kumulattivi, li jfisser li, ġaladarba waħda minn dawn ma tkunx sodisfatta, ir-responsabbiltà tal-istituzzjoni ma tistax tirriżulta.

(ara l-punt 60)

.Referenza: Il-Qorti tal-Prim’Istanza 14 ta’ Ottubru 2004, I vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, T‑256/02, Ġabra SP p. I‑A‑289 u II‑1307, punt 50, u l-ġurisprudenza ċċitata

5.      Mill-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u mill-Artikolu 138(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkontestati tad-digriet li tiegħu qed jintalab l-annullament kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu b’mod speċifiku din it-talba.

Ma jissodisfax dan ir-rekwiżit l-appell li jkun limitat għal repetizzjoni jew riproduzzjoni testwali tal-motivi u l-argumenti li jkunu diġà ġew ippreżentati quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, inklużi dawk ibbażati fuq fatti espressament miċħuda minn dak it-tribunal. Fil-fatt, tali appell jikkostitwixxi, fil-verità, talba intiża sabiex jinkiseb sempliċi eżami mill-ġdid tar-rikors ippreżentat quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, u ma jaqax taħt il-kompetenza tal-Qorti Ġenerali.

(ara l-punt 62)

Referenza: Il-Qorti tal-Ġustizzja 19 ta’ Marzu 2004, Lucaccioni vs Il-Kummissjoni, C‑196/03 P, Ġabra p. I‑2683, punti 40 u 41, u l-ġurisprudenza ċċitata