Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' April 2008 - BCS vs L-UASI - Deere (Tagħqid tal-kuluri aħdar u isfar)

(Kawża T-137/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BCS SpA (Milan, L-Italja) (rappreżentanti: M. Franzosi, V. Jandoli, F. Santonocito, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell: Deere & Company (Moline, L-Istati Uniti)

Talbiet

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tas-16 ta' Jannar 2008 fil-Każ R 0222/2007-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark figurattiva li tikkonsisti f'tagħqid tal-kuluri aħdar u isfar għal prodotti fil-klassijiet 7 u 12 - Trade mark Komunitarja Nru 63 289

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Deere & Company

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 7(3) u 52(1)(ċ) flimkien ma' l-Artikoli 8(4) u 73(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, billi:

il-Bord ta' l-Appell kien imissu interpreta l-Artikolu 7(3) b'mod strett ħafna u, għalhekk, kien imissu impona oneru tal-prova rigoruż fuq il-parti l-oħra fil-proċedimenti;

il-Bord ta' l-Appell naqas milli jirrikonoxxi t-trade mark de facto preċedenti tar-rikorrenti; u

il-Bord ta' l-Appell uża raġunament kontradittorju fid-deċiżjoni tiegħu.

____________