Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' April 2008 - Loufrani vs L-UASI (half-smiley)

(Kawża T-139/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Franklin Loufrani (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Deutsch, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell tas-7 ta' Frar 2008 fil-każ R 0958/2007-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "half-smiley" għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25 - applikazzjoni Nru 893 580

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Reġistrazzjoni miċħuda fir-rigward tal-prodotti kollha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li t-trade mark kienet akkwistat il-livell minimu ta' karattru distintiv meħtieġ sabiex tiġi rreġistrata

____________