Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Settembru 2011 - MIP Metro vs UASI - Metronia (METRONIA)

(Kawża T-525/09)1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva METRONIA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti METRO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Metronia, SA (Madrid, Spanja)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta' Ottubru 2009 (Każ R 1315/2006-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG u Metronia, SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 80, 27.03.2010.