Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Diċembru 2009 - Meredith vs UASI (BETTER HOMES AND GARDENS)

(Kawża T-524/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Meredith Corporation (Des Moines, L-Istati Uniti) (rappreżentanti: R.N. Furneaux u E.A. Hardcastle, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta' Settembru 2009, fil-Każ R 517/2009-2, sa fejn hija ċaħdet l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja inkwistjoni għal servizzi fil-klassi 36, bil-konsegwenza li tintlaqa' l-applikazzjoni għal dawn is-servizzi;

tilqa' t-talbiet tar-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta' dawn il-proċeduri fil-każ li jikkontestahom u tiċħad it-talba tiegħu.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "BETTER HOMES AND GARDENS" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35 u 36

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja billi ma applikax it-test xieraq sabiex jevalwa jekk trade mark hijiex nieqsa minn karattru distintiv sabiex tiddistingwi l-prodotti u s-servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni.

____________