Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Diċembru 2009 - Smart Technologies vs UASI (WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH)

(Kawża T-523/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Smart Technologies ULC (Calgary, Il-Kanada) (rappreżentant: M. Edenborough, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' Settembru 2009 fil-Każ R 554/2009-2;

sussidjarjament, temenda d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' Settembru 2009 fil-Każ R 554/2009-2, sabiex tikkonstata li t-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv suffiċjenti li l-ebda oġġezzjoni għar-reġistrazzjoni tagħha ma tista' titqajjem taħt l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti f'din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH" għall-prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ikkonstata b'mod żbaljat li t-trade mark Komunitarja kkonċernata ma kinitx eliġibbli għal reġistrazzjoni minħabba l-fatt li hi allegatament m'għandhiex karattru distinttiv.

____________