Language of document : ECLI:EU:T:2013:639





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 – Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑171/08)

“Fondi Ewropej għar-refuġjati – Azzjoni ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ tixrid ta’ informazzjoni dwar ir-refuġjati vittmi ta’ trawma psikoloġika – Proġett ‘Refuġjati trawmatizzati fl-Unjoni: istituzzjonijiet, mekkaniżmi ta’ protezzjoni u prattika tajba’ – Ħlas tal-bilanċ – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Żball ta’ evalwazzjoni”

1.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea – Għajnuna finanzjarja Komunitarja – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Finanzjament biss fir-rigward tal-ispejjeż effettivament magħmula – Prova tal-verità tal-ispejjeż iddikjarati – Assenza – Spejjeż mhux eliġibbli (Artikolu 317 TFUE) (ara l-punti 60, 104, 115, 124, 155, 159)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-ħlas lura parzjali ta’ għajnuna finanzjarja (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 69-71, 76)

3.                     Baġit tal-Unjoni Ewropea – Għajnuna finanzjarja Komunitarja – Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna – Obbligu li jiġu prodotti dokumenti relatati mal-eżekuzzjoni tal-proġett – Natura imperattiva (Artikolu 317 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 81(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 104(1) u (2)) (ara l-punt 87)

4.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Allegazzjonijiet tar-rikorrent li ma humiex sostnuti minn provi dokumentarji ddettaljati – Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 136, 146)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fl-ittra tas-7 ta’ Marzu 2008, dwar in-nuqqas ta’ rikonoxximent parzjali tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-kuntratt ta’ sussidju JAI/2004/ERF/073, dwar finanzjament Komunitarju ta’ azzjoni ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ tixrid ta’ informazzjoni dwar ir-refuġjati vittmi ta’ trawma psikoloġika.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV hija kkundannata għall-ispejjeż.