Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Jannar 2012 - Shang vs UASI (justing)

(Kawża T-103/11) 

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva justing - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti JUSTING - Talba tal-anzjanità tat-trade mark nazzjonali preċedenti - Nuqqas ta' identità tas-sinjali - Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Tiantian Shang (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Salerni, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Mannucci, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta' Diċembru 2010 (Każ R 1388/2010-2), dwar it-talba tal-anzjanità tat-trade mark figurattiva JUSTING proprjetà ta' T. Shang.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

T. Shang hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 113, 09.04.2011.