Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Settembru 2009 - Gres La Sagra vs UASI - Ceramicalcora (VENATTO MARBLE STONE)

(Kawża T-130/08)

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva VENATTO MARBLE STONE - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti VENETO CERÁMICAS - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)"]

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Gres La Sagra, SL (Alameda de la Sagra, Spanja) (rappreżentanti: Villate Consonni u J. Calderón Chavero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Ceramicalcora, SA (Alcora, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' Jannar 2008 (Każ R 1609/2006-4) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Ceramicalcora, SA u Gres La Sagra, SL.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Gres La Sagra, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 116, 9.5.2008.