Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Marzu 2008 - Spitzer vs L-UASI - Homeland Housewares (Magic Butler)

(Kawża T-123/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Harald Spitzer (Hörsching, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Schmitz, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Homeland Housewares, LLC (Los Angeles, l-Istati Uniti ta' l-Amerika)

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell tal-konvenut tas-7 ta' Ġunju 2008 fil-kawża R 1508/2006-1;

tiċħad l-oppożizzjoni ta' Homeland Housewares, LLC kontra t-trade mark verbali "Magic Butler" Nru 4 109 906);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Magic Butler" għal prodotti fil-klassijiet 7 u 21 (applikazzjoni Nru 4 109 906).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Homeland Housewares, LLC.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark verbali "MAGIC BULLET"għal prodotti fil-klassi 7 (trade mark Komunitarja 4 100 483) u t-trade mark verbali "THE MAGIC BULLET" għal prodotti fil-klassi 7. (trade mark Komunitarja 3 584 885).

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' parzjalment l-oppożizzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: jiċħad ir-rikors.

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 1 peress li ma teżisti l-ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks in kwistjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE), ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1)