Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta' Marzu 2008 - Gres La Sagra vs L-UASI - Ceramicalcora (VENATTO MARBLE STONE)

(Kawża T-130/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Gres La Sagra, SL (Alamedada de la Sagra, Spanja) (rappreżentanti: T. Villate Consonni, avukat, u J. Calderón Chavero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Ceramicalcora, SA (Alcora, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannualla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta' Jannar 2008 fil-każ R-1609/2006-4;

B'konsegwenza ta' dan l-annullament, tagħti l-applikazzjoni għat-trade mark 3109006, mhux biss għas-servizzi fil-klassi 39 (diġà mogħtija meta ġiet miċħuda l-oppożizzjoni B690695 fir-rigward ta' dawk is-servizzi, li issa saret res judicata), iżda wkoll għall-bqija tal-prodotti u servizzi koperti mill-applikazzjoni fil-klassijiet 19, 21 u 40, u

tikkundanna lill-UASI, u lill-partijiet l-oħra quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, għall-ispejjeż ta' dawn il-proċeduri jekk ikunu kkontestati, u tiċħad it-talbiet ta' l-UASI u l-partijiet l-oħra quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għal trade mark Komunitarja : Gres La Sagra, SL.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva "VENATTO (irħam)" (applikazzjoni Nru 3 109 066) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 19, 21, 39 u 40.

Proprjetarju tat-trade mark jew sinjal iċċitat fil-proċeduri ta' oppożizzjoni: CERAMICALCORA, SA.

Trade mark jew sinjal iċċitat fl-oppożizzjoni: Trade mark Spanjola għas-sinjal "VENETO (céramicas)" (Nru 2 115 543; 2 056 688; 2 056 689 u 2 056 699) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 27, 19, 21 u 39 rispettivament.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment, Id-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni iddeċidiet li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni fit-territorju rilevanti għall-oġġett u s-servizzi in kwistjoni fil-klassijiet 19, 21 u 40, iżda li ma kienx hemm tali probabbiltà ta' konfużjoni fir-rigward ta' dawk is-servizzi in kwistjoni fil-klassi 39.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell : Ċaħda ta' l-appell .

Motivi invokati : Applikazzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________