Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Frar 2009 - Okalux vs UASI - Ondex (ONDACELL)

(Kawża T-126/08)1

Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Nuqqas ta' ħlas tad-dritt tal-oppożizzjoni - Deċiżjoni li l-oppożizzjoni titqies bħala mhux ippreżentata - Rikors manifestament infondat fid-dritt

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Okalux GmbH (Marktheidenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Beckensträter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Ondes SAS (Chevigny-Saint-Sauveur, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta' Jannar 2008 (Każ R 1384/2007-4) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Okalux GmbH u Ondex SAS.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Okalux GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 116, 9.5.2008.