Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Mejju 2010 - CBI u ABISP vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-128/08 u T-241/08) 1

"Għajnuna mill-Istat - Sussidji mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani lill-isptarijiet pubbliċi - Servizz ta' importanza ekonomika ġenerali - Ilment - Allegata deċiżjoni ta' arkivjar tal-ilment - Adozzjoni ulterjuri ta' deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Coordination bruxelloise d'institutions sociales et de santé (CBI) (Brussell, il-Belġju); u Association bruxelloise des institutions de soins privées (ABISP) (Brussell) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, J.-P. Keppenne u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament ta' allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tirriżulta mill-ittri tagħha tal-10 ta' Jannar u tal-10 ta' April 2008, li ma jinbdewx il-proċeduri previsti fl-Artikolu 88(2) KE, u li jiġi arkivjat l-ilment tar-rikorrenti rigward l-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani fil-kuntest tal-finanzjament ta' sptarijiet pubbliċi tan-netwerk IRIS (Interhospitalière régionale des infrastructures de soins) tar-Région de Bruxelles-Capitale (il-Belġju).

Dispożittiv

Il-Kawżi T-128/08 u T-241/08 huma magħquda għall-finijiet tad-digriet.

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikorsi.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa mill-commune de Saint-Gilles (il-Belġju), mill-commune d'Etterbeek (il-Belġju), mill-commune d'Ixelles (il-Belġju), mill-commune d'Anderlecht (il-Belġju), mir-Région de Bruxelles-Capitale (il-Belġju), mill-ville de Bruxelles (il-Belġju), kif ukoll mir-Repubblika tal-Finlandja.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 142, 07.06.2008.