Language of document : ECLI:EU:T:2014:774

Kawża T‑443/11

Gold East Paper (Jiangsu) Co. Ltd

u

Gold Huasheng Paper (Suzhou Industrial Park) Co. Ltd

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Dumping – Importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li toriġina miċ-Ċina – Trattament ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq – Terminu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni li tirrigwarda dan it-trattament – Eżami diliġenti u imparzjali – Drittijiet tad-difiża – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Oneru tal-prova – Dannu – Determinazzjoni tal-marġni ta’ qligħ – Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat – Industrija Komunitarja – Rabta kawżali”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014

1.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Regolament li jimponi dazji antidumping –Drittijiet differenti imposti fuq impriżi differenti – Ammissibbiltà limitata għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw kull impriża individwalment

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 451/2011)

2.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Assenza – Inammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c))

3.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Nru 1225/2009 – Proċedura ta’ evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet li jippermettu li produttur ikun jista’ jibbenefika mill-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq – Għarfien mill-Kummissjoni tal-effett ta’ deċiżjoni dwar l-għoti tat-trattament ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq fuq il-marġni ta’ dumping ta’ impriża – Ammissibbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(c))

4.      Rikors għal annullament – Motivi – Użu ħażin ta’ poter – Kunċett

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

5.      Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Ksur minn istituzzjoni tar-regoli interni tagħha – Regoli ta’ konsultazzjoni tal-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv antidumping – Motiv invokat minn persuna fiżika jew ġuridika minħabba l-assenza ta’ trażmissjoni jew tat-trażmissjoni tardiva lill-kumitat ta’ dokumneti li ma jinkludux elementi ta’ evalwazzjoni importanti – Assenza ta’ ksur ta’ forom sostanzjali

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(c))

6.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 2(7)(b) u (c) tar-Regolament Nru 1225/2009 – Applikazzjoni tar-regoli għall-pajjiżi li għandhom ekonomija tas-suq – Interpretazzjoni stretta – Applikazzjoni rriżervata għall-produtturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tal-imsemmi regolament – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-produtturi – Natura irraġonevoli tal-imsemmi oneru – Assenza

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(b) u (c))

7.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Obbligu ta’ eżami diliġenti u imparzjali tal-fatti rilevanti kollha – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata

8.      Rikors għal annullament – Motivi – Impossibbiltà li jiġu invokati l-ftehimiet tal-WTO sabiex tiġi kkontestata l-legalità ta’ att tal-Unjoni Ewropea – Eċċezzjonijiet – Att tal-Unjoni intiż li jiżgura l-implementazzjoni jew li jirreferi għalih espressament u preċiżament – Deċiżjoni dwar it-trattament ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq fis-sens tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament Nru 1225/2009 – Inapplikabbiltà tal-eċċezzjonijiet

(L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(c))

9.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Dannu – Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – Data li tikkonċerna produttur tal-Unjoni li ma rrispondiex għat-talba tal-Kummissjoni, ipprovduta minn assoċjazzjoni ta’ produtturi – Ammissibbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 3(2))

10.    Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Obbligi għall-istituzzjonijiet li jikklassifikaw il-kriterji mikroekonomiċi jew li jipprojbixxu l-kostituzzjoni ta’ sottogruppi ta’ produtturi – Assenza

Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009)

11.    Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Dannu – Marġni ta’ qligħ għall-kalkolu tal-prezz indikattiv – Marġni li jista’ raġonevolment jiġi mistenni fl-assenza ta’ dumping

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 3(1) u 9(4))

12.    Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Investigazzjoni – Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat – Fatturi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni

(Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96 u Nru 1225/2009)

13.    Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Regolament li jimponi dazji antidumping

(Artikolu 296 TFUE)

14.    Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Dannu – Stabbiliment tar-rabta kawżali – Obbligi tal-istituzzjonijiet – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatturi mhux relatati mad-dumping – Setgħa diskrezzjonali – Oneru tal-prova

(Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 3(7))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 62, 63)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 66, 125, 135, 160, 174)

3.      Ma hemmx rabta immedjata bejn it-terminu ta’ tliet xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, u l-eventwali fatt li l-Kummissjoni tkun taf bl-effett ta’ deċiżjoni dwar it-trattamen ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq fuq il-marġni ta’ dumping ta’ impriża. Barra minn hekk, ma jistax jiġi eskluż li, anki meta fl-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar it-trattament ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni tieħu tali deċiżjoni anki meta hija jkollha diġà informazzjoni li tippermettilha tikkalkola l-effett ta’ din fuq il-marġni ta’ dumping tal-impriża kkonċernata.

F’dawn il-kundizzjonijiet, anki jekk jiġi preżunt li l-Kummissjoni, minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ tliet xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament Nru 1225/2009, setgħet tkun taf bl-effett tad-deċiżjoni dwar it-trattament ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq tar-rikorrenit fuq il-marġni ta’ dumping ta’ dawn tal-aħħar jista’ jkun rilevanti, sa fejn jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni setgħet tkun influwenzata minn tali għarfien fl-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni, xorta waħda jeħtieġ li l-att ikkontestat mir-rikorrenit jista’ jkollu kontenut differenti fl-assenza tal-allegata irregolarità li taffettwa l-proċess ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni dwar it-trattament ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq. F’dan ir-rigward, is-sempliċi għarfien tal-effett ta’ deċiżjoni dwar it-trattament ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq fuq il-marġni ta’ dumping ta’ impriża ma jimplikax neċessarjament li tali deċiżjoni – u, konsegwentement, ir-Regolament li jistitwixxi dazju antidumping – seta’ jkollu kontenut differenti kieku din id-deċiżjoni kienet ġiet adottata fit-terminu ta’ tliet xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c), tal-imsemmi regolament.

(ara l-punti 70, 71, 79, 81)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 90)

5.      Il-ksur ta’ regola li tirrigwarda l-konsultazzjoni ta’ kumitat tista’ tivvizzja b’illegalità d-deċiżjoni finali tal-istituzzjoni kkonċernata biss jekk hija jkollha natura suffiċjentement sostanzjali u jekk hija taffettwa, b’mod tippreġudika, is-sitwazzjoni ġuridika u materjali tal-parti li tinvoka difett proċedurali. Fil-fatt, il-konsultazzjoni ta’ kumitat tikkostitwixxi formalità proċedurali sostanzjali li l-ksur tagħha taffettwa l-legalità tal-att adottat wara l-konsultazzjoni jekk jiġi stabbilit li l-assenza li jiġu trażmessi ċerti elementi ma ppermettitx lill-kumitat li jagħti l-opinjoni tiegħu b’għarfien sħiħ tal-fatti, jiġifieri mingħajr ma jitqarraq fuq punt essenzjali minn ineżattezzi jew minn omissjonijiet.

Dan ma huwiex il-każ meta d-dokumenti li ma humiex trażmessi lill-kumitat, jew trażmessi tard, ma jikkonkludux elementi ta’ evalwazzjoni importanti jew ġodda meta mqabbla ma’ dawk li diġà jinsabu fil-fajl ikkomunikat lill-kumitat waqt il-konvokazzjoni. Fil-fatt, f’ipoteżi ta’ dan it-tip, l-assenza ta’ trażmissjoni jew id-dewmien fit-trażmissjoni ta’ dokument mill-Kummissjoni ma għandu ebda rilevanza fuq l-eżitu tal-proċedura ta’ konsultazzjoni. Għaldaqstant, tali ommissjoni ma tistax tivvizzja l-proċedura amministrattiva kollha jew b’dan il-mod tqiegħed inkwistjoni l-legalità tal-att finali.

(ara l-punti 98-101)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 120, 121, 165, 166)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 122, 162-164, 182-184, 249, 323)

8.      Il‑ftehimiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) ma humiex, bħala regola ġenerali, fost in‑normi li fid‑dawl tagħhom il‑qorti tal‑Unjoni għandha tistħarreġ il‑legalità tal‑atti tal‑istituzzjonijiet tal‑Unjoni skont l‑ewwel paragrafu tal‑Artikolu 230 TFUE. Madankollu, f’sitwazzjoni fejn l-Unjoni kellha l-intenzjoni teżegwixxi obbligu partikolari li tkun assumiet fil-kuntest tad-WTO, jew f’każ bħal dak ineżami fejn l-att tal-Unjoni jirreferi espliċitament għal dispożizzjonijiet preċiżi tal-ftehimiet tad-WTO, il-qorti tal-Unjoni għandha tistħarreġ il-legalità tal-att tal-Unjoni inkwistjoni fid-dawl tar-regoli tad-WTO.

F’dan il-kuntest, deċiżjoni dwar it-trattament ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq ma hijiex miżura partikolari għall-finijiet tal-Artikolu 32(1) tal-Ftehim dwar sussidji u mezzi ta’ kontrobilanċ tal-WTO peress li, fl-ewwel lok, it-tielet inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament Nru 1225/2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, ma jimplementax l-Artikolu 32(1) ta’ dan il-ftehim, fit-tieni lok, din id-deċiżjoni lanqas tirreferi espressament għal dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Ftehimiet tad-WTO, inkluż il-ftehim dwar dwar sussidji u mezzi ta’ kontrobilanċ u, it-tielet nett, tali deċiżjoni dwar it-trattament ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq mhix adottata wara l-istabbiliment ta’ dumping jew ta’ sussidju u mhix indissolubilment marbuta mal-elementi kostitwenti ta’ dumping jew ta’ sussidju.

(ara l-punti 147, 148, 151-153)

9.      Fil-kuntest tal-kawżi antidumping, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddependu fuq il-kooperazzjoni volontarja tal-partijiet sabiex jipprovdulhom l-informazzjoni neċessarja fit-termini stabbiliti.

Għalkemm is-sitwazzjoni ta’ produttur, li ma rrispondiex fit-termini stabbiliti, ittieħdet inkunsiderazzjoni għal dak li jikkonċerna l-indikaturi mikroekonomiċi bis-saħħa tad-data mibgħuta minn assoċjazzjoni ta’ produtturi, li jippreżentaw il-produzzjoni tal-produtturi-esportaturi tal-Unjoni kollha jew kważi kollha, l-indikaturi mikroekonomiċi jistgħu madankollu jiġu evalwati biss meta d-data tintbagħat mill-impriżi individwali. Għaldaqstant, il-fatt li produttur tal-Unjoni ma rrispondiex ma jistax jikkostitwixxi ommissjoni fil-kuntest ta’ eżami konkret ibbażat fuq provi oġġettivi tal-evalwazzjoni tad-dannu.

(ara l-punti 193, 198-200)

10.    Fil-kuntest tal-kawżi antidumping, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddependu fuq il-kooperazzjoni volontarja tal-partijiet sabiex jipprovdulhom l-informazzjoni neċessarja fit-termini stabbiliti. F’dan il-kuntest, ebda obbligu li jirriżulta mir-Regolament Nru 1225/2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, ma jimponi, fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, klassifikazzjoni tal-kriterji makroekonomiċi u mikroekonomiċi jew projbizzjoni li jikkostitwixxu sottogruppi ta’ produtturi, peress li l-Kummissjoni twettaq eżami oġġettiv ibbażat fuq provi li huma stess oġġettivi, kif twettaq f’dan il-każ.

(ara l-punti 222, 226)

11.    Mill-qari tal-Artikoli 3(1) u 9(4) tar-Regolament Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, li l-marġni ta’ qligħ li għandu jintuża mill-Kunsill sabiex jikkalkola l-prezz indikattiv ta’ natura li jneħħi d-dannu sostnut mill-industrija tal-Unjoni għandu jiġi limitat għall-marġni ta’ qligħ li din tal-aħħar tista’ raġonevolment tistenna li tikseb f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni, fl-assenza ta’ importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping. Ma jkunx konformi mal-Artikolu 3(1) u mal-Artikolu 9(4), tal-imsemmi regolament li l-industrija tal-Unjoni tingħata marġni ta’ qligħ li hija ma setgħetx tikseb fl-assenza ta’ dumping.

Barra minn hekk, meta l-istituzzjonijiet jużaw il-marġni ta’ diskrezzjoni li jagħtihom ir-Regolament Nru 1225/2009, huma ma humiex marbuta jispjegaw fid-dettall u bil-quddiem il-kriterji li huma għandhom l-intenzjoni li japplikaw f’kull sitwazzjoni, anki fil-każ fejn huma jimponu għażliet ġodda ta’ prinċipju.

(ara l-punti 245, 254)

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 288)

13.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 302-304, 306, 307, 311, 312)

14.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 322-325, 327, 332)