Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Frar 2010 - Google vs UASI (ANDROID)

(Kawża T-316/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Rifjut ta' reġistrazzjoni - Limitazzjoni tal-lista tal-prodotti li għalihom intalbet ir-reġistrazzjoni - Irtirar tal-oġġezzjoni għar-reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Google, Inc. (Mountain View, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Bognár u M. Kinkeldey, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta' Mejju 2009 (Każ R 1622/2008-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali ANDROID bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Ir-rikorrenti u l-konvenuta għandhom ibagħtu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 244, 10.12.2009.