Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2023 – Molina Fernández vs SRB

(Kawża T-304/20) 1

(“Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni Bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment (SRM) – Riżoluzzjoni ta’ Banco Popular Español – Deċiżjoni tas-SRB li tirrifjuta l-għoti ta’ kumpens għad-danni lill-azzjonisti u lill-kredituri kkonċernati mill-miżuri ta’ riżoluzzjoni – Valutazzjoni tad-differenza fit-trattament – Indipendenza tal-evalwatur”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Laura Molina Fernández (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: S. Rodríguez Bajón, A. Gómez Acebo Dennes u A. Ruiz Ojeda, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: M. Fernández Rupérez, A. Lapresta Bienz, L. Forestier u J. Rius Riu, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, F. Louis, V. Del Pozo Espinosa de los Monteros u L. Hesse, avukati)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju ta’ Spanja, (rappreżentant: A. Gavela Llopis, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni SRB/EES/2020/52 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), tas-17 ta’ Marzu 2020, intiża sabiex jiġi ddeterminat jekk għandux jingħata kumpens għad-danni lill-azzjonisti u lill-kredituri kkonċernati mill-miżuri ta’ riżoluzzjoni implimentati fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Laura Molina Fernández hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB).

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________

1     ĠU C 247, 27.7.2020.