Language of document : ECLI:EU:C:2018:371

Kawża C633/16

Ernst & Young P/S

vs

Konkurrencerådet

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Sø- og Handelsretten)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kontroll ta’ operazzjonijiet ta’ konċentrazzjoni bejn impriżi – Regolament (KE) Nru 139/2004 – Artikolu 7(1) – Implimentazzjoni ta’ konċentrazzjoni qabel in-notifika lill-Kummissjoni Ewropea u qabel id-dikjarazzjoni ta’ kompatibbiltà mas-suq komuni – Projbizzjoni – Portata – Kunċett ta’ ‘konċentrazzjoni’ – Xoljiment ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ terz minn waħda mill-impriżi li huma partijiet fil-konċentrazzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-31 ta’ Mejju 2018

Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Eżami mill-Kummissjoni – Obbligu li l-konċentrazzjoni tiġi sospiża – Kunċett ta’ “konċentrazzjoni” – Implimentazzjoni ta’ konċentrazzjoni li tikkontribwixxi għall-bidla fil-kontroll tal-impriża kkonċernata – Xoljiment ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni ma’ terz minn waħda mill-impriżi li huma partijiet fil-konċentrazzjoni – Esklużjoni – Verifika mill-qorti nazzjonali

(Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 7(1))

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet), għandu jiġi interpretat fis-sens li konċentrazzjoni tkun implimentata biss permezz ta’ operazzjoni li, kompletament jew parzjalment, fil-fatt jew fid-dritt, tikkontribwixxi għall-bidla fil-kontroll tal-impriża kkonċernata. Ir-rinunzja għal ftehim ta’ kooperazzjoni, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, li għandhom jiġu vverifikati mill-qorti tar-rinviju, ma tistax titqies li timplika l-implimentazzjoni ta’ konċentrazzjoni, u dan irrispettivament mill-kwistjoni ta’ jekk din ir-rinunzja kellhiex effetti fuq is-suq.

(ara l-punt 62 u d-dispożittiv)