Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Novembru 2010 - XXXLutz Marken vs UASI - Meyer Manufacturing (CIRCON)

(Kawża T-542/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: XXXLutz Marken GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Pannen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Meyer Manufacturing Co. Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta' Settembru 2010, fil-Każ R 40/2010-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "CIRCON" għal prodotti fil-klassijiet 7, 11 u 21

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Meyer Manufacturing Company Limited

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali "CIRCULON" għal prodotti fil-klassijiet 11 u 21

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: reġistrazzjoni parzjalment irrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, għaliex ma teżisti l-ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, kif ukoll ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, għaliex il-Bord tal-Appell ħa inkunsiderazzjoni, fid-deċiżjoni tiegħu, fatti li l-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell ma kinitx ippreżentat.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).