Language of document : ECLI:EU:T:2018:927

Kawżi magħquda T339/16, T352/16 u T391/16

Ville de Paris,
Ville de Bruxelles
u
Ayuntamiento de Madrid

vs

IlKummissjoni Ewropea

“Ambjent – Regolament (UE) 2016/646 – Emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa tal-vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) – Iffissar, għall-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu, ta’ valuri li ma għandhomx jinqabżu (NTE), matul testijiet f’kundizzjonijiet ta’ sewqan reali (RDE) – Rikors għal annullament – Setgħat ta’ awtorità muniċipali dwar il-protezzjoni tal-ambjent li jillimitaw iċ-ċirkulazzjoni ta’ ċerti vetturi – Inċidenza diretta – Ammissibbiltà – Nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni – Rispett tar-regoli ġuridiċi superjuri – Modulazzjoni fiż-żmien tal-effetti ta’ annullament – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kumpens għal ħsara allegata ta’ immaġni u ta’ reputazzjoni”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) tat‑13 ta’ Diċembru 2018

1.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2016/646)

2.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti regolatorji li ma jinkludux miżuri ta’ eżekuzzjoni fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kunċett ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni – Deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni – Esklużjoni

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2016/646)

3.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti regolatorji – Atti li ma jinvolvux miżuri ta’ eżekuzzjoni u li jikkonċernaw lir-rikorrent direttament – Kunċett ta’ interess dirett – Kriterji – Regolament tal-Kummissjoni dwar l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa mill-vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali – Rikors minn awtorità muniċipali dwar il-protezzjoni tal-ambjent – Restrizzoni tas-setgħat ta’ din l-awtorità li tillimita ċ-ċirkulazzjoni ta’ ċerti vetturi – Ammissibbiltà

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2007/46, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3); Regolament tal-Kummissjoni 2016/646)

4.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Metodi – Interpretazzjoni letterali, sistematika u teleoloġika – Effett utli

5.      Atti tal-istituzzjonijiet – Leġiżlazzjoni bażika u leġiżlazzjoni ta’ eżekuzzjoni – Leġiżlazzjoni ta’ eżekuzzjoni li ma tista’ la tibdel u lanqas tikkompleta l-elementi essenzjali tal-leġiżlazzjoni bażika – Kwalifika tal-elementi essenzjali – Modifika permezz ta’ att ta’ eżekuzzjoni tal-limiti tal-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu stabbiliti għall-istandard Euro 6 – Inammissibbiltà – Modifika li tikkostitwixxi l-modifika ta’ element essenzjali tal-leġiżlazzjoni bażika – Nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 715/2006, Artikoli 5(3) u 14(3), u Anness I; Regolament tal-Kummissjoni 2016/646)

6.      Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Portata – Annullament parzjali ta’ att tad-dritt tal-Unjoni – Kundizzjoni – Natura diviżibbli tal-elementi li jistgħu jiġu annullati tal-att ikkontestat

(Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 692/2008, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(10), u Anness III A, u 2016/646, Artikolu 1(2) u (3), u Anness II)

7.      Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja – Riskju ta’ preġudizzju għall-interessi ekonomiċi tas-settur tal-karozzi, għall-interessi tal-konsumaturi u għall-politika dwar l-ambjent u s-saħħa pubblika – Żamma tal-effetti tal-att ikkontestat sas-sostituzzjoni ta’ dan tal-aħħar f’terminu raġonevoli

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni 2016/646)

8.      Proċedura ġudizzjarja – Eċċezzjoni ta' inammissibbiltà – Setgħa tal-Qorti Ġenerali li tiċħad rikors fuq il-mertu mingħajr ma tiddieħed deċiżjoni fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Portata tal-marġni ta’ evalwazzjoni tagħha

9.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Dannu reali u ċert ikkawżat minn att illegali – Dannu li jirriżulta minn ħsara għar-reputazzjoni – Annullament tal-att ikkontestat li jiżgura kumpens adegwat għad-dannu subit

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 37)

2.      Sabiex jiġi ddeterminat jekk att regolatorju ikkontestat fihx, jew le, miżuri ta’ eżekuzzjoni sabiex tiġi evalwata l-ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament ippreżentat kontra dan l-att fuq il-bażi tat-tielet parti tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, għandu jsir riferiment għall-pożizzjoni tal-persuna li tagħmel ir-rikors u l-għan tiegħu.

F’dan ir-rigward, sempliċi deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ persuni oħra ma għandhomx jiġu konfużi mal-miżuri ta’ eżekuzzjoni imemmija f’din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, jekk id-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni kollha, b’mod partikolari dawk li huma “ripressivi” jew “negattivi” intiżi li jissanzjonaw in-nuqqas ta’ osservanza ta’ att regolatorju, għandhom jitqiesu wkoll bħala miżuri ta’ eżekuzzjoni, l-introduzzjoni fit-Trattat FUE tat-tielet ipoteżi tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263, hija ta’ spiss mċaħħda minn kull portata meta tkun tat risposta preċiża sabiex jiġi evitat li l-individwi ma jiġux obbligati jqanqlu miżuri “ripressivi” jew “negattivi” fir-rigward tagħhom, sabiex jiksbu kontroll tal-legalità ta’ dan l-att regolatorju permezz ta’ deċiżjoni preliminari.

(ara l-punti 39, 40)

3.      Il-fatt li att tal-Unjoni jipprevjeni persuna ġuridika pubblika milli teżerċita kif jidhrilha l-kompetenzi tagħha stess jaffettwa direttament il-pożizzjoni legali tagħha u li, għaldaqstant, dan l-att jikkonċernaha direttament. Dan jikkonċerna iktar il-każ ta’ entità infrastatali, peress li att tal-Unjoni jaffettwa s-setgħat leġiżlattivi tagħha stess u mhux biss is-setgħa tagħha li tadotta deċiżjonijiet individwali f’qafas prestabbilit.

Fir-rigward tar-Regolament 2016/646 li jemenda r-Regolament Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6), mill-interpretazzjonijiet letterali, teleoloġiċi u kuntestwali tad-Direttiva 2007/46, li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru), u b’mod partikolari mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3), jirriżulta li dan jipprevjeni, mingħajr ma jħallilhom ebda setgħa diskrezzjonali, lill-awtoritajiet pubbliċi ta’ Stat Membru li jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu ċ-ċirkulazzjoni fit-triq ta’ vetturi għal raġunijiet relatati ma’ aspetti tal-kostruzzjoni jew il-funzjonament tagħhom koperti minn din id-direttiva jekk huma jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħha, li jimplika li, minħabba l-adozzjoni tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq, dawn l-awtoritajiet pubbliċi ma jistgħux jillimitaw, fil-kuntest ta’ miżura mmirata li tqis il-livelli tal-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa tal-vetturi, iċ-ċirkulazzjoni ta’ dawk li ma josservawx, matul it-testijiet RDE, il-limiti tal-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu stabbiliti mill-istandard Euro 6, imma li madankollu f’din l-okkażjoni josservaw il-valuri NTE ta’ emissjonijiet għall-ossidi tan-nitroġenu ddefiniti f’dan ir-regolament, ogħla minn dawk tal-ewwel. Fir-rigward tas-setgħat tal-awtoritajiet pubbliċi infrastatali rikorrenti li jirrestrinġu ċ-ċirkulazzjoni tal-karozzi għall-protezzjoni tal-kwalità tal-arja u l-użu li huma jagħmlu minnha, l-inċidenza tas-sitwazzjoni legali tagħhom hija stabbilita permezz tar-Regolament 2016/646 u għaldaqstant, dan tal-aħħar jirrigwardahom direttament, fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.

(ara l-punti 50, 76, 80, 84)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 57, 66)

5.      Peress li l-emenda tal-limiti tal-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu stabbiliti mill-istandard Euro 6 fl-Anness I tar-Regolament Nru 715/2007, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, tikkostitwixxi emenda ta’ element essenzjali ta’ dan ir-regolament, il-Kummissjoni ma kinitx kompetenti tagħmel din il-bidla skont is-setgħat ta’ eżekuzzjoni tagħha mwettqa fil-kuntest tal-proċedura ta’ komitoloġija regolatorja bi skrutinju skont l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 14(3) ta’ dan ir-regolament.

(ara l-punt 130)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 154 sa 158)

7.      It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 264(2) TFUE jippermetti, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, imma wkoll għal raġunijiet biex tkun evitata diskontinwità jew rigress fl-implimentazzjoni ta’ politiki mmexxija jew appoġġati mill-Unjoni, bħal fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent jew tas-saħħa pubblika, li jinżammu għal perijodu raġonevoli taż-żmien, l-effetti ta’ att annullat.

Fir-rigward tal-annullament parzjali tar-Regolament 2016/646, li jemenda r-Regolament Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6), hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata sal-punt li l-assenza ta’ modulazzjoni ratione temporis tal-annullament tista’ għalhekk tagħmel ħsara lill-interessi ekonomiċi leġittimi tas-settur tal-karozzi li kkonforma ruħu mal-leġiżlazzjoni applikabbli u jekk ikun il-każ lil dawk tal-konsumaturi li xtraw vetturi li ssodisfaw din il-leġiżlazzjoni u lill-politiki tal-Unjoni dwar l-ambjent u s-saħħa.

(ara l-punti 160, 163)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 166)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 167 sa 169)