Language of document : ECLI:EU:T:2018:708

Kawża T567/16

Robert McCoy

vs

Il-Kumitat tar-Reġjuni

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Marda kkaġunata mix-xogħol – Oriġini professjonali tal-marda – Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal – Kumitat tal-Invalidità – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà – Danni morali”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat‑23 ta’ Ottubru 2018

1.      Rikorsi tal-uffiċjali – Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment – Ammissibbiltà – Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet imressqa kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment – Konklużjonijiet mingħajr kontenut awtonomu jew deċiżjoni purament konfermattiva – Assenza

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

2.      Uffiċjali – Invalidità – Kumitat tal-Invalidità – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata – Limiti – Evalwazzjonijiet mediċi kumplessi – Verifika tal-eżattezza materjali tal-provi u tat-teħid inkunsiderazzjoni tad-data rilevanti kollha

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 78)

3.      Uffiċjali – Invalidità – Kumitat tal-Invalidità – Konklużjonijiet li ma jaqblux ma’ dawk tal-Kumitat Mediku kif ukoll mar-rapporti mediċi preċedenti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 73 u 78)

4.      Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Assigurazzjoni għall-inċidenti u għall-mard ikkaġunat mix-xogħol – Mard ikkaġunat mix-xogħol – Kunċett – Determinazzjoni li l-mard huwa kkaġunat mix-xogħol

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 73)

5.      Uffiċjali – Sigurtà soċjali – Assigurazzjoni għall-inċidenti u għall-mard ikkaġunat mix-xogħol – Determinazzjoni li l-mard huwa kkaġunat mix-xogħol – Kompetenzi tal-Kumitat tal-Invalidità

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 73)

6.      Dritt tal-Unjoni – Prinċipji – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Ksur fi proċedura amministrattiva – Effetti – Konsegwenzi ta’ ksur imwettaq fil-kuntest tal-eżami ta’ talba għal rikonoxximent tax-xogħol bħala l-kaġun ta’ marda ta’ uffiċjal

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1))

7.      Uffiċjali – Invalidità – Kumitat tal-Invalidità – Natura kolleġjali tax-xogħlijiet – Portata

(Regolamenti tal-Persunal, Anness III, Artikolu 7)

8.      Uffiċjali – Invalidità – Kumitat tal-Invalidità – Sorveljanza tal-ħidma mill-Awtorità tal-Ħatra – Obbligu – Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 78)

9.      Uffiċjali – Dmir ta’ premura tal-amministrazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Portata – Teħid inkunsiderazzjoni tal-interessi tal-uffiċjal

10.    Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni – Portata – Teħid inkunsiderazzjoni kemm tal-motivazzjoni kif ukoll tad-dispożittiv tas-sentenza – Retroattività tal-annullament – Obbligu li tiġi evitata s-sostituzzjoni tal-att annullat b’att ivvizzjat bl-istess difett

(Artikolu 266 TFUE)

11.    Uffiċjali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet – Kundizzjonijiet – Kumpens għal dannu kkawżat lil uffiċjal jew lil membru tal-persunal – Dmir ta’ premura tal-amministrazzjoni – Portata

(Artikoli 268 TFUE, 270 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 24, 90 u 91)

12.    Rikorsi tal-uffiċjali – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni – Estensjoni tas-sitwazzjoni ta’ stennija pprovokata mill-illegalità ta’ deċiżjoni ta’ istituzzjoni – Kumpens għad-dannu morali permezz ta’ kumpens adegwat

(Artikolu 266 TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 53 sa 55)

2.      L-istħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjonijiet ta’ Kumitat tal-Invalidità ma għandux jestendi għall-evalwazzjonijiet mediċi fihom infushom, li għandhom jitqiesu finali sakemm ikunu saru f’ċirkustanzi regolari. Min-naħa l-oħra, l-istħarriġ ġudizzjarju jista’ jiġi eżerċitat fuq ir-regolarità tal-kostituzzjoni u tal-funzjonament tal-Kumitat tal-Invalidità kif ukoll fuq il-parir li huwa jagħti. Fuq dan l-aspett, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku huwa kompetenti sabiex jeżamina jekk il-parir fihx motivazzjoni li tippermetti li jiġu evalwati l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom ikunu saru l-konklużjonijiet li fih u jekk jistabbilixxix rabta komprensibbli bejn il-kontestazzjonijiet mediċi li fih u l-konklużjonijiet li għalihom ikun wasal il-Kumitat tal-Invalidità kkonċernat.

Bħal fil-każ tal-istħarriġ ta’ oqsma li jagħtu lok għal evalwazzjonijiet kumplessi, il-qorti tal-Unjoni għandha b’mod partikolari tivverifika mhux biss l-eżattezza materjali tal-provi invokati, il-kredibbiltà tagħhom u l-koerenza tagħhom, iżda għandha wkoll tistħarreġ jekk dawn il-provi jikkostitwixxux id-data kollha rilevanti li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata sitwazzjoni kumplessa u jekk humiex ta’ natura li jsostnu l-konklużjonijiet misluta minnhom.

(ara l-punti 67, 98)

3.      Meta kumitat tal-invalidità jkollu quddiemu kwistjonijiet ta’ natura medika kumplessi relatati mar-rabta kawżali bejn il-kundizzjoni li tbati minnha l-persuna kkonċernata u l-eżerċizzju tal-attività professjonali tagħha fi ħdan istituzzjoni, dan għandu, b’mod partikolari, jindika l-elementi tal-fajl li fuqhom qiegħed jibbaża ruħu u jippreċiża, f’każ ta’ diverġenza sinjifikattiva, ir-raġunijiet għaliex injora ċerti rapporti mediċi, preċedenti u rilevanti, li huma iktar favorevoli għall-persuna kkonċernata. Barra minn hekk, anki jekk kumitat tal-invalidità, skont l-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal, jista’ jasal għal konklużjonijiet differenti minn dawk adottati mill-Kumitat Mediku adit abbażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, xorta jibqa’ l-fatt li dan għandu l-obbligu li jesponi r-raġunijiet li wassluh sabiex iwarrab l-evalwazzjonijiet li jinsabu fir-rapporti mediċi li kienu ppermettew ir-rikonoxximent li l-marda hija kkaġunata mix-xogħol skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal u jindika dawn ir-raġunijiet, b’mod ċar u komprensibbli, kemm fil-konklużjonijiet tiegħu mibgħuta lill-Awtorità tal-Ħatra, kif ukoll fir-rapport mediku sommarju eventwalment redatt minnu.

(ara l-punti 76, 77)

4.      Fis-sitwazzjonijiet kumplessi li fihom il-marda tal-uffiċjal hija kkaġunata minn numru ta’ kawżi, relatati ma’ xogħol u mhux relatati ma’ xogħol, fiżiċi jew psikoloġiċi, li kull waħda minnhom ikkontribwixxiet sabiex titfaċċa l-marda, huwa l-Kumitat Mediku li għandu jistabbilixxi jekk l-eżerċizzju tal-funzjonijiet għas-servizz tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandux relazzjoni diretta mal-marda tal-uffiċjal, pereżempju, bħala element li wassal għal din il-marda. F’tali każijiet, ma huwiex meħtieġ, sabiex il-marda tiġi rrikonoxxuta li hija kkaġunata mix-xogħol, li l-kawża unika, essenzjali, preponderanti jew predominanti tagħha tkun tinsab fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet.

(ara l-punt 102)

5.      Huwa l-Kumitat tal-Invalidità, fil-kuntest tal-mandat tiegħu, li għandu jagħmel evalwazzjonijiet mediċi u mhux evalwazzjonijiet ta’ natura legali, dwar il-kwistjoni jekk ix-xogħol kienx il-kawża tal-invalidità. Għaldaqstant, huwa dan li għandu jfittex jekk, mil-lat mediku, l-invalidità tal-uffiċjal kinitx tirriżulta jew le minn marda kkaġunata mix-xogħol li l-kawża tagħha kienet tinsab fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħu.

(ara l-punt 107)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 113, 114)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 119, 120)

8.      In-nuqqas ta’ eżami ta’ rapport mediku sommarju mill-Awtorità tal-Ħatra, avolja din tal-aħħar kienet ġiet mistiedna sabiex sabiex tikkonsultah bħala parti importanti għall-indirizzar ta’ lment, għandu jitqies bħala ommissjoni tas-sorveljanza tal-ħidma ta’ kumitat tal-invalidità. L-eżami tal-imsemmi rapport kien jippermetti lill-istituzzjoni kkonċernata li tivverifika jekk il-kumitat kienx irrispetta l-obbligi legali u proċedurali tiegħu.

Barra minn hekk, fl-assenza ta’ konsultazzjoni ma’ tobba ta’ kumitat tal-invalidità li ma humiex dawk maħtura mill-istituzzjoni, l-Awtorità tal-Ħatra ma tiżgurax l-osservanza tal-prinċipju ta’ imparzjalità matul l-eżami tar-regolarità tal-ħidma tagħha. Hija din li għandha, b’mod partikolari, tiżgura ruħha mhux biss li l-istituzzjoni aġixxiet b’mod imparzjali, iżda wkoll li l-azzjonijiet tagħha kienu mfassla b’dan il-mod fir-rigward tal-uffiċjal ikkonċernat u ta’ partijiet terzi.

Għaldaqstant, l-istituzzjoni kkonċernata ma wettqitx sorveljanza sħiħa tal-ħidma tal-Kumitat tal-Invalidità u ma żguratx il-prinċipju ta’ imparzjalità b’mod xieraq.

(ara l-punti 138, 140, 142, 143)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 147, 148)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 152 sa 154, 156)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 164, 165)

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 169)