Language of document : ECLI:EU:T:2011:246





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Mejju 2011 – Prinz von Hannover vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ arma tal-familja)

(Kawża T-397/09)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja li tirrappreżenta arma tal-familja – Raġuni assoluta għal rifjut – Imitazzjoni minn perspettiva araldika ta’ emblema ta’ Stat – Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 6 ter tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li għandhom jiġu rrifjutati bis-saħħa tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi - Protezzjoni tal-emblemi tal-Istat u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(h)) (ara l-punti 24, 25, 29, 30)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Lulju 2009 (Każ R 1361/2008‑1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta arma tal-familja tad-dar ta’ Hannover bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Ernst August Prinz von Hannover Herzog zu Braunschweig und Lüneburg

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva li tirrappreżenta arma tal-familja għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25, 28, 32, 33, 35, 39, 41 u 43 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5627245

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ernst August Prinz von Hannover Herzog zu Braunschweig und Lüneburg huwa kkundannat għall-ispejjeż.