Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2009 - Prinz von Hannover Herzog zu Braunschweig und Lüneburg vs UASI (trade mark figurattiva li tirrappreżenta emblema)

(Kawża T-397/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ernst August Prinz von Hannover Herzog zu Braunschweig und Lüneburg (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Stötzel u J. Hilger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta' Lulju 2009 fil-Każ R 1361/2008-1, fir-rigward tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5 627 245, u tawtorizza l-pubblikazzjoni tal-imsemmija applikazzjoni fil-Bullettin tat-trade marks Komunitarji;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kuluri li tirrappreżenta emblema għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 25, 28, 32, 33, 35, 39, 41 u 43 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 627 245)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament Nru 207/20091, peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni la hija identika għall-emblema nazzjonali opposta u lanqas tirrappreżenta l-imitazzjoni araldika tagħha.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 2009, L 78, p. 1)