Rikors ippreżentat fit-22 ta' Jannar 2008 - Renier vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-8/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Colette Renier (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, A. Coolen u E. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni individwali tal-11 ta' April 2007 li tillimita t-tul ta' żmien tal-kuntratt tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal bil-kuntratt għall-perijodu mis-16 ta' April 2007 sal-15 ta' Diċembru 2008 u tat-talba għal danni.
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' April 2007 li tillimita t-tul ta' żmien tal-kuntratt tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal bil-kuntratt għall-perijodu mis-16 ta' April 2007 sal-15 ta' Diċembru 2008;
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
____________