Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-9 ta' Diċembru 2010 - Monique Vandeuren vs Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)

(Kawża F-88/08) 1

(Servizz pubbliku - Persunal tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ - Membru tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien indeterminat - Tkeċċija - Rekwiżit ta' raġuni valida - Kanċellament tal-pożizzjoni - Dmir ta' premura - Assenjazzjoni mill-ġdid)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Monique Vandeuren (Pino Torinese, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment N. Lhoest, avukat, sussegwentement N. Lhoest u L. Delhaye, avukati)

Konvenuta: Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) (rappreżentanti: T. Ciccarone, aġent, assistit minn L. Levi, avukat)

Suġġett

Servizz pubbliku - L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tkeċċi lir-rikorrenti, kif ukoll li l-Fondazzjoni Ewropea tiġi kkundannata tħallas id-dannu materjali u morali subit mir-rikorrenti.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni ta' tkeċċija ta' M. Vandeuren, tat-23 ta' Ottubru 2007, hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 327, 20.12.2008, p. 44.