Language of document : ECLI:EU:T:2011:37





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Frar 2011 – Yorma’s vs UASI – Norma Lebensmittelfilialbetrieb (YORMA’S)

(Kawża T-213/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali ‘yorma’s’ – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NORMA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 26, 55, 86, 88)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Frar 2009 (Każ R 1879/2007‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Norma Lebensmittelfilialbetrieb GmbH & Co. KG u Yorma’s AG.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Yorma’s AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “yorma’s” għas-servizzi fil-klassijiet 35 u 42 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2048205

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Norma Lebensmittelfilialbetrieb GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali NORMA (trade mark Komunitarja Nru 213769) għall-prodotti fil-klassijiet 3, 5, 8, 16, 18, 21, 25, 28 sa 36 kif ukoll l-isem kummerċjali NORMA użat fil-kummerċ fil-Ġermanja u l-element figurattiv NORMA

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni appellata annullata u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Yorma’s AG hija kkundannata għall-ispejjeż.