Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-26 ta' Ġunju 2008 - Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri
(Persunal - Uffiċjali - Ilment preċedenti - Difett - Terminu ta' rikors - Tardiv - Inammissibbiltà manifesta)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Bart Nijs (Bereldange, Il-Lussemburgu) (rappreżentanti: l-ewwel F. Rollinger wara F. Rollinger u A. Hertzog, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Kominitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Corstens, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) tal-5 ta' Settembru 2007, li niżżlet lir-rikorrent għall-grad AD 9 skala 5 b'riżultat ta' proċedura dixxiplinarja, u min-naħa l-oħra, tad-deċiżjonijiet li jiġi sospiż mill-funzjonijiet tiegħu, li tinfetaħ investigazzjoni amministrativa kontrih u li ma jiġix promoss għall-grad AD 11 fl-2007 - Talba għal kumpens għad-danni morali u materjali.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli
B. Nijs huwa kkundannat iħallas l-ispejjeż kollha
____________1 - ĠU C 79 tad-29.03.2008, p. 37.