Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Mechadyne International vs UASI (FlexValve)

(Kawża T-588/14)1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva FlexValve – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009ˮ]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mechadyne International Ltd (Kirtlington, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. von Petersdorff-Campen u E. Schaper, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann, sussegwentement minn S. Hanne, aġenti)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 2435/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv FlexValve bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Mechadyne International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 361, 13.10.2014.