Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Ġunju 2007 - Assembled Investments (Proprietary) vs L-UASI - Waterford Wedgwood (WATERFORD STELLENBOSCH)

(Kawża T-105/05)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Talba għat-trade mark Komunitarja figurattiva WATERFORD STELLENBOSCH - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti WATERFORD - Motiv relattiv għaċ-ċaħda - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebħ bejn il-prodotti - Nuqqas ta' kumplimentarità - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: l-Inġliż

Partijiet

Rikorrenti: Assembled Investments (Proprietary) Ltd (Stellenbosch, l-Afrika t'Isfel) (rappreżentanti: P. Hagmann u S. Ziegler, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, agent)

Parti(jiet) oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Waterford Wedgwood plc (Waterford, l-Irlanda) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)

Suġġett tal-kawża

Rikors imressaq kontra d-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tal-15 ta' Diċembru 2004 (kawża R 240/2004-1) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Waterford Wedgwood u Assembled Investments (Proprietary) Ltd.

Dispożittiv tas-sentenza

Id-Deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-15 ta' Diċembru 2004 (kawża R 240/2004-1) hija annullata.

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Waterford Wedgwood plc jbatu l-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

____________

1 - ĠU C 115 ta' l-14.5.2005