Language of document : ECLI:EU:T:2011:599





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2011 – Gutknecht vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-561/08)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Spezzjonijiet sanitarji – Prodotti bijoċidali – Inventarju tas-sustanzi attivi fis-suq – Adozzjoni ta’ regolamenti mill-Kummissjoni skont id-Direttiva 98/8/KE – Rabta kawżali”

Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Rabta kawżali - Dannu mġarrab bħala riżultat tal-adozzjoni allegatament illegali mill-Kummissjoni ta’ dispożizzjonijiet regolamentari li jimplementaw id-Direttiva 98/8 - Assenza ta’ rabta kawżali diretta bejn id-dannu u l-imsemmija dispożizzjonijiet (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 24, 25, 30-38, 40)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu mġarrab, prinċipalment, bl-adozzjoni allegatament illegali mill-Kummissjoni ta’ varji regolamenti skont id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 23, p. 3); jew, sussidjarjament, bl-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tipproteġi d-dritt għall-protezzjoni tal-informazzjoni pprovduta skont l-imsemmija direttiva.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jürgen Gutknecht huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.