Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Repsol Lubricantes u Especialidades et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-562/08)1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tax-xemgħa ipparfumata – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Stabbiliment tal-prezz u tqassim tas-swieq – Prova tal-eżistenza tal-akkordju – Tul tal-ksur – Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi – Ugwaljanza fit-trattament – Preżunzjoni tal-innoċenza – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha – Influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent – Preżunzjoni f’każ ta’ żamma ta’ 100% tal-ishma”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Repsol Lubricantes u Especialidades, SA, li qabel kienet Repsol Lubricantes YPF u Especialidades, SA (Madrid, Spanja); Repsol Petróleo, SA (Madrid); u Repsol, SA, li qabel kienet Repsol YPF, SA (Madrid) (rappreżentanti: J. M. Jiménez-Laiglesia Oñate, J. Jiménez-Laiglesia Oñate u S. Rivero Mena, avukati)Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, F. Castilla Contreras u C. Urraca Caviedes, aġenti)SuġġettAnnullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal Ftehim ŻEE (Każ KOMP/39181 – Xemgħa), kif ukoll talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Repsol Lubricantes y Especialidades, SA, Repsol Petróleo, SA u Repsol, SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.