Language of document : ECLI:EU:T:2014:1078





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2014 —
Repsol Lubricantes y Especialidades et vs Il-Kummissjoni


(Kawża T‑562/08)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tax-xemgħa ipparfumata — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Stabbiliment tal-prezz u tqassim tas-swieq — Prova tal-eżistenza tal-akkordju — Tul tal-ksur — Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi — Ugwaljanza fit-trattament — Preżunzjoni tal-innoċenza — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha — Influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent — Preżunzjoni f’każ ta’ żamma ta’ 100% tal-ishma”

1.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Obbligi probatorji tal-kumpannija li tkun tixtieq tikkonfuta din il-preżunzjoni — Ksur tal-prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet — Assenza (Artikolu 81 KE) (ara l-punti 32-48, 51, 52, 60-66, 73, 79)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni li timponi multi għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni u li jikkonċernaw pluralità ta’ destinatarji — Neċessità ta’ motivazzjoni suffiċjenti fir-rigward ta’ kull wieħed mid-destinatarji (Artikoli 81 KE u 253 KE) (ara l-punti 54, 108-113, 119)

3.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Metodu ta’ kalkolu indikat mil-linji gwida adottati mill-Kummissjoni — Kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa — Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ — Kriterji — Bejgħ b’relazzjoni diretta jew indiretta mal-ksur — Prova li tinkombi lill-Kummissjoni — Dikjarazzjoniet konkordanti tal-parteċipanti fl-akkordju — Provi dokumentali (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1/2003, Artikolu 23(2) ; Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 6 u 13) (ara l-punti 82-99)

4.                     Akkordji — Ftehimiet bejn impriżi — Kunċett — Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom skop antikompetittiv — Inklużjoni — Kundizzjoni — Assenza ta’ tbegħid fir-rigward tad-deċiżjonijiet adottati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 81(1), KE) (ara l-punti 101, 102, 243)

5.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Dħul mill-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni — Sena ta’ referenza — L-aħħar sena sħiħa tal-ksur — Natura eċċezzjonali ta’ din tal-aħħar — Teħid inkunsiderazzjoni tal-medja tal-valur tal-bejgħ tal-aħħar tliet snin ta’ parteċipazzjoni fil-ksur — Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Assenza (Artikolu 81(1), KE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) ; Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 13) (ara l-punti 128-135, 285)

6.                     Akkordji — Ftehimiet bejn impriżi — Kunċett — Qbil tal-intenzjonijiet fir-rigward tal-aġir li għandu jiġi adottat fis-suq — Inklużjoni — Negozjati fuq ċerti elementi tar-restrizzjoni — Assenza ta’ effett (Artikolu 81(1), KE) (ara l-punti 143-145)

7.                     Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu għal kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Għan jew riżultat antikompetittiv — Preżunzjoni — Kundizzjonijiet (Artikolu 81(1), KE) (ara l-punti 146, 147)

8.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova — Prova mogħtija minn numru ta’ indikazzjonijiet tal-ksur — Ammissibbiltà — Użu ta’ sensiela ta’ indizji — Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment — Provi dokumentali — Kriterji — Kredibbiltà tal-provi prodotti — Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà tal-ksur (Artikolu 81(1), KE) (ara l-punti 148, 152-162, 207, 208, 214, 221, 226, 227, 234, 237, 238, 250-252, 277)

9.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni — Applikabbiltà — Portata — Konsegwenzi (Artikolu 81(1), KE) (ara l-punti 149-151)

10.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Saħħa probatorja tad-depożizzjonijiet volontarji mwettqa fil-konfront ta’ impriża mill-parteċipanti prinċipali f’akkordju bil-għan li jibbenefikaw mill-applikazzjoni tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni — Dikjarazzjonijiet li jmorru kontra l-interessi tal-imsemmija impriża — Valur probatorju għoli (Artikolu 81(1), KE ; Avviż tal-Kummissjoni 2002/C 45/03) (ara l-punti 164-168, 198-201)

11.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21 ; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punt 261)

12.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Kontenut neċessarju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Impriżi impoġġija f’pożizzjoni li jesprimu l-perspettiva tagħhom fuq il-fatti, l-ilmenti u ċ-ċirkustanzi allegati mill-Kummissjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1)) (ara l-punti 267-269, 282)

13.                     Akkordji — Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom skop antikompetittiv — Ċirkustanza li tippermetti, fl-assenza ta’ tbegħid mid-deċiżjonijiet meħuda, li jiġi konkluż li l-impriża pparteċipat fl-akkordju sussegwenti (Artikolu 81(1), KE) (ara l-punti 293, 294)

Suġġett

Annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ KOMP/39181 — Xemgħa), kif ukoll talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Repsol Lubricantes y Especialidades, SA, Repsol Petróleo, SA u Repsol, SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.