Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Diċembru 2008 - CM Capital Markets vs UASI - Carbon Capital Markets (CM Capital Markets)

(Kawża T-563/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: CM Capital Markets Holding, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: T. Villate Consonni, abogada u J. Calderón Chavero, abogado)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carbon Capital Markets Ltd (Londra, Ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta' Settembru 2008 fil-Każ R-015/2008-1, li fiha t-trade mark ikkontestata ġiet miċħuda fl-intier tagħha;

tilqa' l-allegazzjonijiet tar-rikorrenti, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż ta' din il-kawża fil-każ ta' oppożizzjoni magħmula kontra tagħha u tiċħad it-talbiet tiegħu.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: CARBON CAPITAL MARKETS LIMITED.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "CARBON CAPITAL MARKETS" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4.480.208) għal servizzi fil-klassi 36.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade marks figurattivi, nazzjonali u Komunitarja "CAPITAL MARKETS" għal servizzi fil-klassi 36.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________