Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 22 ta' Ġunju 2010 - CM Capital Markets vs UASI - Carbon Capital Markets (CARBON CAPITAL MARKETS)

(Kawża T-563/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva CARBON CAPITAL MARKETS - Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedenti CM Capital Markets - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CM Capital Markets Holding, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: T. Villate Consonni u J. Calderón Chavero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: J. F. Crespo Carrillo, agent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Carbon Capital Markets Ltd (Oxford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: E. Hardcastle, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta' Settembru 2008 (Każ R 15/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn CM Capital Markets Holding, SA u Carbon Capital Markets Ltd.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    CM Capital Markets Holding, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 44, 21.02.2009.