Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Mejju 2010 - Il-Kummissjoni vs Meierhofer

(Kawża T-560/08 P)1

("Appell - Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Deċiżjoni li tikkonstata li kandidat ma għaddiex mill-eżami orali - Rifjut tal-Kummissjoni li tissodisfa miżura ta' organizzazzjoni tal-proċedura")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Appellat: Stefan Meierhofer (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-G. Schiessl, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-14 ta' Ottubru 2008, Meierhofer vs Il-Kummissjoni Ewropea (F-147/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

1)    Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-14 ta' Ottubru 2008, Meierhofer vs Il-Kummissjoni (F-74/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) hija annullata.

2)    Il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

3)    L-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1 - ĠU C 55, 7.3.2009.