Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Mejju 2013 - Trelleborg Industrie u Trelleborg vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-147/09 u T-148/09) 

"Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-manek marittimi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u skambji ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva - Kunċett ta' ksur kontinwu jew ripetut - Preskrizzjoni - Ċertezza legali - Ugwaljanza fit-trattament - Multi - Gravità u tul tal-ksur"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Trelleborg Industrie SAS (Clermont-Ferrand, Franza) (Kawża T-147/09); u Trelleborg AB (Trelleborg, l-Isveżja) (Kawża T-148/09) (rappreżentanti: J. Joshua, barrister, u E. Aliende Rodríguez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, V. Bottka u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 428 finali, tat-28 ta' Jannar 2009, dwar proċedura taħt l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39406 - Manek marittimi), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew it-tnaqqis sostanzjali tal-multa li ġiet imposta fuqhom fl-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

L-Artikolu 1(g) u (h) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 428 finali, tat-28 ta' Jannar 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39406 - Manek marittimi), huwa annullat sa fejn jirrigwarda l-perijodu mit-13 ta' Mejju 1997 sal-21 ta' Ġunju 1999.

Hemm lok li l-bqija tar-rikors jiġi miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 153, 04.07.2009.