Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ġunju 2009 - Dover vs Il-Parlament

(Kawża T-149/09 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Irkupru ta' indennizzi mħallsa bħala rimbors tal-ispejjeż ta' assistenza parlamentari - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Inammissibbiltà - Nuqqas ta' urġenza)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Densmore Ronald Dover (Borehamwood, Hertfordshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Vaughan, QC, M. Lester, barrister, u M. French, solicitor)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Krück, D. Moore u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni D (2009) 4639 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tad-29 ta' Jannar 2009, dwar l-irkupru tal-indennizzi li kienu ġew indebitament imħallsa lir-rikorrent bħala rimbors tal-ispejjeż tiegħu ta' assistenza parlamentari, tan-nota ta' debitu bbażata fuq din id-deċiżjoni u ta' kull deċiżjoni li tittieħed bl-għan li jiġi kkumpensat l-ammont mitlub bil-ħlas ta' indennizzi parlamentari oħra dovuti lir-rikorrent.

Dispożittiv

It-talbiet għal miżuri provviżorji huma miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________