Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Frar 2012 - Dagher vs Il-Kunsill

(Kawża T-218/11 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire - Irtirar tal-lista tal-persuni kkonċernati - Talba għal miżuri provviżorji - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Habib Roland Dagher (Abidjan, Côte d'Ivoire) (rappreżentanti: J.-Y. Dupeux u F. Dressen, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u E. Dumitriu-Segnana, aġenti)

Suġġett

L-ewwel nett, talba intiża biex il-Kunsill u r-Repubblika Taljana jingħataw l-ordni li joħorġu lir-rikorrent viża, it-tieni nett, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 85/2011, tal-31 ta' Jannar 2011, li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire (ĠU L 28, p. 32) u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/71/PESK, tal-31 ta' Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK, li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (ĠU L 28, p. 60), u t-tielet nett, talba għall-kumpens għad-danni allegatament miġruba mir-rikorrent.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżorji

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________