Language of document : ECLI:EU:T:2012:85





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2012 — Dagher vs Il‑Kunsill

(Kawża T-218/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Irtirar mil-lista tal-persuni kkonċernati — Talba għal miżuri provviżorji — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”

Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Talba li ma għadx għandha skop — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 7, 8, 10)

Suġġett

L-ewwel nett, talba intiża sabiex il-Kunsill u r-Repubblika Taljana jingħataw l-ordni li joħorġu viża lir-rikorrent, it-tieni nett, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 85/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 28, p. 32) u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/71/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK, li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 28, p. 60), u t-tielet nett, talba għall-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżorji.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.