Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2014 – European Drinks vs UASI – Alexandrion Grup Romania (Dracula Bite u DRACULA BITE)

(Kawżi T-495/12 sa T-497/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade marks Komunitarji figurattivi Dracula Bite u DRACULA BITE – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Dracula – Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Drinks SA (Ştei, ir-Rumanija) (rappreżentant: V. von Bomhard, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: SC Alexandrion Grup Romania Srl (Pleasa, ir-Rumanija) (rappreżentanti: M. Niculeasa, G. Trantea u B. Mărculeţ, avukati) SuġġettTliet rikorsi ppreżentati kontra tliet deċiżjonijiet tar-Raba’ Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każijiet R 680/2011-4, R 682/2011-4 u R 679/2011-4), dwar tliet proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn European Drinks SA u SC Alexandrion Grup Romania Srl.DispożittivIl-Kawżi T-495/12, T-496/12 u T-497/12 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.Ir-rikorsi huma miċħuda.European Drinks SA hija kkundannata għall-ispejjeż.