Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 taʼ Mejju 2013 - Restion vs UASI (EQUIPMENT)

(Kawża T-356/11) 

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EQUIPMENT - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Christian Restion (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Alcaraz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta' April 2011 (Każ R 1430/2010 4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EQUIPMENT bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Christian Restoin huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 269, 10.09.2011.