Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Settembru 2011 - Ergo Versicherungsgruppe vs UASI - DeguDent (ERGO)

(Kawża T-382/09) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni -Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ERGO - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti CERGO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar l-appell kollu - Portata tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell - Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ergo Versicherungsgruppe AG (Dusseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A.W. Renck, T. Dolde u J. Pause, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DeguDent GmbH (Hanau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment W. Blau, sussegwentement W. Blau, D. Kaya u C. Kusulis, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta' Lulju 2009 (Każ R 44/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn DeguDent GmbH u Ergo Versicherungsgruppe AG.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-23 ta' Lulju 2009 (Każ R 44/2008-4) hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell naqas milli jiddeċiedi dwar l-appell li ġie ppreżentat quddiemu fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 5.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Ergo Versicherungsgruppe AG, DeguDent GmbH u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 297, 05.12.2009.