Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Frar 2012 - K2 Sports Europe vs UASI - Karhu Sport Iberica (SPORT)

(Kawża T-54/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: K2 Sports Europe GmbH (Penzberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Karhu Sport Iberica, SL (Cordoba, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta' Novembru 2011, fil-Każ R 986/2010-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Karhu Sport Iberica

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-iswed u bl-abjad "SPORT", għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7490113

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: K2 Sports Europe

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Ġermaniża Nru 302008015437 għat-trade mark verbali "K2 SPORTS", għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28; ir-reġistrazzjoni bħala trade mark internazzjonali Nru 982235 għat-trade mark verbali "K2 SPORTS", għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell: (i) ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt li, minħabba l-identiċità tal-prodotti inkwistjoni, id-differenzi bejn it-trade marks huma mmitigati; (ii) wettaq evalwazzjoni żbaljata tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni minħabba li ħa l-pożizzjoni li ma kien hemm ebda probabbiltà li l-pubbliku jipperċepixxi l-element figurattiv bħala rappreżentazzjoni tal-ittra K; (iii) ippreżuma b'mod żbaljat li peress li l-kelma "SPORT" tinftiehem fit-territorji rilevanti kollha, din il-kelma ma kellhiex tittieħed inkunsiderazzjoni fl-analiżi komparattiva; (iv) żbalja meta qabbel is-sinjali; u (v) hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti minkejja li jista' jkun li l-kelma "SPORT" għandha karattru distintiv dgħajjef.

____________