Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Ottubru 2012 - CF Sharp Shipping Agencies vs Il-Kunsill

(Kawża T-53/12) 

("Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta' fondi - Rikors għal annullament - Obbligu ta' motivazzjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CF Sharp Shipping Agencies Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentanti: S. Drury, solicitor, K. Adamantopoulos u J. Cornelis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta' Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta' Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta' Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn jirrigwardaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta' Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007, u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta' Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010, huma annullati sa fejn jirrigwardaw l-inklużjoni ta' CF Sharp Shipping Agencies Pte Ltd fil-lista tal-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010.

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta' Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010, huwa annullat sa fejn jirrigwarda l-inklużjoni ta' CF Sharp Shipping Agencies fil-lista tal-Anness IX.

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba ta' CF Sharp Shipping Agencies għall-annullament b'effett immedjat tar-Regolament Nru 961/2010 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Nru 1245/2011.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 89, 24.03.2012.