Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta̕ April 2013 – Chen vs UASI – AM Denmark (Tagħmir tal-ħasil)

(Kawża T-55/12) 1

“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju irreġistrat li jirrappreżenta tagħmir tal-ħasil – Trade mark Komunitarja tridimensjonali li tirrappreżenta tagħmir tal-ħasil li huwa kompost minn sprej u minn sponza – Dikjarazzjoni ta’ invalidità”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Su-Shan Chen (Sanchong, it-Tajwan) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: AM Denmark A/S (Kokkedal, id-Danimarka) (rappreżentant: C. Type Jardorf, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Ottubru 2011 (Każ R 2179/2010-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn AM Denmark A/S u Su-Shan Chen.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Su-Shan Chen hija kkundannata għall-ispejjeż.