Language of document : ECLI:EU:T:2013:219





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Chen vs UASI — AM Denmark (Tagħmir tal-ħasil)

(Kawża T‑55/12)

“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tagħmir tal-ħasil — Trade mark Komunitarja tridimensjonali li tirrappreżenta tagħmir tal-ħasil li huwa kompost minn sprej u minn sponza — Dikjarazzjoni ta’ invalidità”

1.                     Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Użu ta’ sinjal distintiv f’disinn sussegwenti — Użu ta’ sinjal li jixbah lis-sinjal distintiv — Inklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 25(1)(e)) (ara l-punti 23, 24)

2.                     Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Użu ta’ sinjal distintiv f’disinn sussegwenti — Rappreżentazzjoni ta’ tagħmir tal-ħasil (Regolamenti tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 25(1)(e) u Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 9(1)(b)) (ara l-punti 25-29, 42, 47-49, 53, 64)

3.                     Trade mark Komunitarja — Effetti tat-trade mark Komunitarja — Drittijiet li jirriżultaw mit-trade mark — Dritt li jiġi prekluż l-użu tat-trade mark — Użu ta’ sinjal identiku jew li jixxiebah li jkopri prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Kunċett ta’ użu (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 9(1)(b)) (ara l-punt 39)

4.                     Trade mark Komunitarja — Effetti tat-trade mark Komunitarja — Drittijiet li jirriżultaw mit-trade mark — Dritt li jiġi prekluż l-użu tat-trade mark — Użu ta’ sinjal identiku jew li jixxiebah li jkopri prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark — Evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 9(1)(b)) (ara l-punti 44, 45, 61, 63)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Ottubru 2011 (Każ R 2179/2010‑3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn AM Denmark A/S u Su‑Shan Chen.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Su-Shan Chen hija kkundannata għall-ispejjeż.