Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2023 – Antimo Caputo vs EUIPO - Barbato (NuvolaSuper)
(Kawża T-1178/23)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Antimo Caputo Srl (Napoli, l-Italja) (rappreżentant: F. Musella, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pasquale Barbato (Villanova De Bellis (MN), l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Talba għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “NuvolaSuper”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 362 145
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 2068/2022-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 3 145 038 fl-intier tagħha;
sussidjarjament: tibgħat il-kawża lura għal eżami mill-ġdid quddiem il-Bord tal-Appell;
tikkundanna lill-EUIPO u l-parti l-oħra għall-ħlas tal-ispejjeż fil-kuntest taż-żewġ istanzi tal-proċedura.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017, L 154, p. 1));
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001.
____________